By MASC
inPast Events
Id-Dipartiment tal-Malti, l-Istitut Karmelitan u l-Akkademja tal-Malti qegħdin jorganizzaw seminar ta’ ġurnata dwar il-ġabra Epistoli mid-Deżert ta’ Mario Azzopardi. F’dan is-seminar, diversi kelliema se janalizzaw sezzjoni partikolari kull wieħed minn din il-ġabra, maħruġa minn Horizons proprju għaxar snin ilu.
Il-kelliema waqt dan is-seminar se jkunu Glen Attard, Charles Briffa, Keith Borg, Charló Camilleri, Pat Gatt, Adrian Grima u Immanuel Mifsud.
Is-seminar, miftuħ għall-pubblku ġenerali, se jsir is-Sibt 24 ta’ Frar 2024, fl-Aula Prima, fil-bini tal-Università fil-Belt, fid-9am.